Home Page
Photo Page
Favorite Links
Guest Book Page
Custom Page
Custom2 Page
|
hawn hekk ha ssibu stejjer li graw veru li jien ridt nighdilhom misteri
jekk inthom persuni tibzaw hafna mill affarijiet soppra naturali intikom parir biex ma taqrawx dawn l'istejjer
GUVNI TA 17 IL SENA JIRRAKONTA DWAR HOLM MISTERJUZ
jien guvni ta 17 il sena min rahal gdid. xi 10 snin ilu kont immur il muzew biex inhejji lili in nifsi ghal l'ewwel tqarbina. qabel il muzew kont naghddi s'ghant in nanniet biex naghti daqqa t'id lin nanna peress li kienet waqghet meta jien kont izghar u ma kelliex hafna ghajnuna hlief min nannu u miz zijiet li joqghodu fil qrib taghha. wara li ghamilt l'1 tqarbina in nanna bdiet timrad u bdiet sejra ghal l'ghar.tant hu hekk li xaghar wara kellhom johduha l'isptar. dan kien ghal habta tal 11 ta lulju ta 1990. minhabba li jien kont ghadni taht l'eta ma kontx nista nidhol naraha l'isptar matul il gimgha. ma kontx naf x'ghanda hlief li qeghda l'isptar.
lejl minnhom thalt norqod bhas soltu. waqt li kont rieqed tfaccat in nanna liebsa l'abjad u b'harsa vera profonda qaltli dan il kliem (jien illum se mmut imma inti la tibkiniex) qomt mahsud u mort niggri nighd lill ommi. missieri ma kienx id dar ghax kien mar jara lin nanna l'isptar. kif ghattila ommi inhasdet u qaltli (allahares). billi ma kontx naf xha naqbad naghmel xeghelt it TV u hallejtu bla sound. pero hsiebi kien kollu f'dik il holma li kelli bil lejl.
wara ftit gie missieri mill l'isptar jibki. qalilna li in nanna li kienet tigi ghanki ommu kienet mietet mal lejl. haga ta l'ghageb gara ezatt kif kien dehrli matul il lejl. 6 snin wara regat gratli l'istess haga. kelli zijju li kien jigi hu ommi li kellu incident u kien inharaq. kien diga ghamel xi xaghar l'isptar meta darba minnhom qabel ma mort narah rega kelli dehra ohra. din id darba rajt liz zijja tighdli (3 ijiem ohra zewgi johrog mill l'isptar) kif rajta ghidtila mill l'ewwel. hi kienet fiducjuza u qaltli (mank hu vera dak li qed tighd) haga ta l'iskantament jumejn wara niftakar kien il 24 ta settembru tan 1996 iz zijju hareg mill l'isptar. is sena l'ohra kelli dehra misterjuza ohra. fil holma sirt naf li fl'20 ta ottubru zijjuwwi kellu jidhol l'isptar. f'dik il gurnata imsemmijja dahal l'isptar missieri ghax kien hassu hazin u waqa min fuq is sodda. fil fatt kellu jaghmel 3 ijiem l'isptar.
il fatt li f'10 snin kelli 3 holmiet hekk strambi huwa kurjuz hafna. ghadni sal llum ma nistax nifhem kif id dehriet tan nanna taz zijju u ta l'isptar sehhew tassew u ezatt kien kien imhabbar fil holma.
imma tighd dan misteru jew le?
RAGEL TA 50 SENA JIRRAKONTA MIN XIEX GHADDA META KIEN ZGHIR
jien u il familja tieghi konna noqghodu f'rahal kbir fin nofs inhar ta malta f'dar kbira tan nanna. din kienet iffissata fuqi u ta spiss kienet tirrakuntali xi haga biex kemm jista jkun izzommni hdeja li ma mmurx inkorri. fost l'ohrajn kienet tighdli din l'istorja:
fil lejl bejn l'erbgha u l'hamis kienu jighdu li taghddi mara mit toroq tar rahal. din il mara kienet dejjem tkun akkumpanjata min numru kbir ta klieb li ma dembom kien ikollom marbutin bottijiet vojta li kienu jaghmlu hoss kbir. ghalkemm hafna kienu jisimghu dawn il hsejjes hadd qatt ma zzarda jitawwal biex jara xkien qed jiggri. sakemm darba wahda kien hemm mara li kella ir ragel taghha li min habba ix xoghol li kellu kien ghadu ma dahalx id dar sa tard bil lejl. kienet tiddejjaq tidhol torqod qabel ma jkun wasal hu u ghalhekk qadet tistennieh wara it tieqa tad dar. il lejl kien bejn l'erbgha u l'hamis. f'daqqa wahda f'dik il hemda tal lejl tibda tisma riesaq lejha inbieh kbir u storbju liema bhalu. hi tighdx kif inhasdet u hekk kif fethet it tieqa biex tissemma ahjar il mara bil klieb maghha kienet resqet vicin sew taghha u il mara tal klieb dahhlitilha qasba ippuntata f'ghajnejha. hi baqghet tbati b'ghajneja tul ghomora kollu u dejjem tirrakonta din l'esperjenza ta tkexkiex li ghaddiet minna biex b'hekk hadd ma jazzarda jdum barra fil lejl ta bejn l'erbgha u l'hamis.
ghal l'ewwel din l'istorja ftit li xejn emminta. hsibtha li kienet xi hrafa min tan nanniet. imma dak li ghaddejt minnu bidilli dan il hsieb.
jien min dejjem kelli problema kbira biex norqod u mhux l'ewwel darba li kienu jkunu diga is saghtejn ta filghodu xhin naghlaq ghajn mghajn.
darba nahlef li waqt li kont imqajjem nisma hafna bottijiet ihabbtu u hsejjes ta klieb maghhom. dawn il hsejjes ma tantx damu imma jien ksaht bil biza u ma kelliex sahha niccaqlaq meta quddiem ghajnejja bdejt ingib l'istorja tan nanna. u l'aktar haga li bezzatni kienet il fatt li l'lejl imsemmi kien propju il lejl ta bejn l'erbgha u l'hamis.
3 SAJJIEDA IRRAKUNTAW KIF KIENU QED JISTADU DELLIMARA U RAW SPECI TA HUTA U TWERWRU
3 sajjieda kienu qeghdin jistadu fuq skuna zghira bejn sema u ilma. il bahar kien kalm id daghjsa kienet tofroq il bahar zejtni b'salvu fuq it tmun filwaqt li it tnejn l'ohra kienu qef=ghdin jillixkaw il konzijiet.
f'daqqa wahda salvu ra bhall xi haga tleqq fil wicc ta l'ilma. ghal l'ewwel haseb li kienet xi huta mejta jew xi bicca njama izda hekk kif is sajjieda bdew jersqu aktar fil qrib il lehha li kienet gejja min wicc il bahar bdiet titqawwa tant li hasbu li kien hemm xi daghjsa ohra.
salvu ghelbitu il kurzita. dak id dawl ma kienx ta xi lampara jew ta xi haga ohra simili kienet xi haga mhux tas soltu. kompla jsuq lejn dak id dawl. meta wasslu fil qrib it tlett sajjieda baqaw b'halqhom miftuh iharsu lejn dak li raw quddiem ghajnejhom kienet bhall huta kbira bajda toghum ftit pulzieri biss taht wicc il bahar. imma dik il huta kella xi haga stramba wicca kien qisu ta bniedem!!
it tlett irgiel kienu raw hafna fuq il bahar hut ta kull forma u ghamla izda xi haga bhall din kienu qatt ma raw. din il huta biex insejhulha hekk bdiet iddur ma l'iskuna taghhom. ir rima li bdiet tqanqal zeffnet id daghjsa tant li din bdiet tixxengel min naha ghal l'ohra u it tlett sajjieda kellhom izommu mal gnub tad daghjsa biex ma jaqghux il bahar.
issa il bahar beda jitqawwa kollu u l'halel bdew tilghin fuq id daghjsa b'dik il huta iddur madwarhom. il biza li hakkmithom dak il hin huwa difficcli biex tiddeskrivih. salvu beda jipprova johrog l'iskuna minn gol maltemp izda ma rrnexxilux. issa bdiet niezla ix xita u is sajjetti bdew ifaqqghu wahda f'wahda. ghal ftit it tlett sajjieda bhall intilfu min sensijhom. meta stejqru ftit il bahar kien rega ikkalma u x'xita kienet waqfet. kienu qed joholmu? jew dik l'esperjenza kerha kienu ghaddew minna verament? meta qabbdu it triq lura lejn l'art skoprew li zgur ma kienux qed joholmu ghax fid daghjsa kien hemm xi ilma u l'affarijiet kienu iccaqalqu min posthom bil mewg. meta harsu lura raw dik id dija titbieghed minnhom.
xhin wasslu lura l'art staqsew dwar it temp lill xi sajjieda ohra. dawn qalulhom li dak il lejl kien ghamel bnazzi kbir.
x'kienet allura dik il huta b'wicc ta bniedem li kella il qawwa tqanqal maltempata hadd ma kien jaf. esperjenza bhall din it tlett sajjieda taghna qatt ma regaw ghaddew minnha.
RAGEL TA 29 SENA MIN BORMLA JIRRAKONTA L"ESPERJENZI TAL BIZA LI GARRBU HU U IL MARA TIEGHU FID DAR LI MARRU JOQGHODU FIJHA
fl'1988 izzewwigt u mort noqghod mal kunjata f'bormla. wara xi zmien il housing autority infurmawni li kien hemm post battal u jekk xtaqtx li mmur narah. jien accettajt u mort narah flimkien mal mara. hekk kif ftahna il bieb ta barra din id dar ma tantx laqtitni ghax mal l'ewwel issib tarag kbir wieqaf li jwasslek ghal fuq. il post kien antik hafna pero jien irragunajt li ahjar zewgt t'ikmamar ghalik milli ma haddiehor.
insomma wara ftit zmien dal post morna noqghodu fih u bdejna nirrangawh ftit ftit. jien u il mara konna nahdmu it tnejn u jien filghodu kont inqum qabel il mara. ghodwa fost l'ohrajn meta mort fil kcina sibt li fuq il majda kien hemm hafna qtar ta demm hekk li kwazi kien mikksi il wicc tal mejda kolla. jien minghajr ma qadt nahseb xkien qbadt u msahtu. fil pront indunajt li ghanki fl'art kien hemm xi qtar li kien jibqa sejjer fejn il mejda ghal gos salott u jibqa niezel it tarag kollu sal bieb ta barra. sadanittant il mara kienet ghada rieqda u jien mort qajjimtha biex nara jekk kenietx taf xi haga dwar dan. izda hi qaltli li ma kienet taf b'xejn. jien imsaht kollox u hsilt l'art imbaghad iccekkjajt il kmamar kolla biex nara jekk kienx hemm xahaga ihra izda ma stajt insib xejn. wara haddna il kolazzjon u tlaqna ghax xghol.
fuq ix xoghol ma stajtx ninsa dak li kont rajt u bqajt il hin kollu nahseb fuqu. wara ix xoghol ahna konna mmorru ghant il kunjata minhabba li kienet issajrilna hi. kif wasalt ergajt staqsejt lill mara jekk forsi kenitx hi li ghamlet dak id demm ghax bqajt mistaghgeb min fejn dan seta gie. izda hi sostniet li ma kenietx hi. jien ma riedtx nemmen ghax dawn l'affarijiet trid taghddi minnhom biex tkun taf kif ihawduk.insomma wara li kilna iddecidejna li mmorru lura id dar taghna. iz ziju tal mara offrilna biex jigi maghna ghax ahna konna qed nibzghu mmorru norqdu hemm. wiehed irid jiftakar li dak iz zmien konna ghadna zaghar jien kelli 18 il sena u il mara 17.
meta wasalna ftaht il bieb u bdejna tilghin it tarag jien l'ewwel u l'ohrajn warajja. kif tlajtu kollu mal hajt tal lemin ta l'ewwel kamra nara tizliga demm bhall qisu xi hadd qata idu u mesahha mal hajt. jien dak il hin iggennint u lanqas naf kif inzilt it tarag b'konsegwenza li kwazi qlibt lill ohrajn. ma ridtx nitla lura ghax jien kont fic cert li dak ma kienx hemm qabel tlaqna ghax xoghol.
iddecidejt li mmur l'ghassa. gie il pulizijja u tela hu fil post armat ghanki b'pistola. iccekkja kullimkien ghal xi sgass izda ma deher xejn. kien biss misteru. dak inhar ma rqadniex hemm u ghamilna zmien twil ma norqdux hemm. izda darba jien u hu l'mara iddecidejna li mmorru nippruvaw norqdu ahna hemm. qbaddna nilghabu ftit karti tal loghob imma fl'istess waqt konna attenti hafna biex naraw jekk ninnutawx xi haga stramba.
wara li konna ilna xi sijgha hemm kwieti bilqeghda mal mejda tbaxxa id dawl u rega gie. jien ghitlu li seta kien min tal gvern izda lanqas ilhaqt spiccajt il kelma li ma regax ghamilha. dak il hin lanqas lisinna kelma u bil giri ergajna tlaqna il barra. kienu xin nofs sijgha ta filghodu.
konna ghamilna xhur ma norqdux hemm izda umbad konna drajna qisu kollox kien gie ghan normal. wara ftit taz zmien pero iddecidejna nitilqu min hemm.
il kurzita hi li warajna mar joqghod wiehed deffien f'dik id dar u ghadu jighx fijha sal gurnata tal llum.
dan il fatt tad demm ghadu misteru kbir ghalijja u ghal mara tieghi. ma nafx jekk qatt xi darba jkollniex spjegazzjoni ghalih.
RAGEL TA 50 SENA JIRRAKONTA FID DETTAL L"ESPERJENZA KURJUZA U TAL BIZA LI KELLU FIL KANTINA TAD DAR TIEGHU
kont nitaghxxaq ninzel fil kantina u nzid flixkun iehor mal kollezzjoni tal flixken ta l'inbid li kont naghsar jien stess.meta kien ikun zmien l'ghasir arani naghzel l'isbah qantar gheneb iswed naghasru u naghmel l'inbid tieghi. tahsbux li jien xi sakranazz. hafna mill imbid li kont naghmel kont niehu gost inqassmu lill hbieb u lill qraba dillettanti ta dik il qattra wara ikla tajba. izda l'akbar sodisfazzjon kont niehdu meta nzid mal kollezzjoni xi zewg flixken tal prima fil kantina.
l'aktar flixkun antik kien dak li kont ghamilt dsatax il sena ilu sentejn wara li zzewwigt. l'aktar flixkun li ghandu trab fuqu. hu mimmli ghanqbud bhall ma hi il kantina.
jien noqghod f'post antik hafna. kmamar kbar b'soqqfa gholjin u bit travi u x'xorok jistriehu fuq il kileb. dar li ilni noqghod fija sa min meta kelli erba snin. ommi u missieri illum it tnejn mejta kienu krewwa u aktar tard xtrawwa. illum saret tieghi u ta marti. izda kif tistghu tahsbu l'aktar kamra ghal qalbi hi il kantina. ix xorok tal qasba jistriehu fuq erba arkati wisghin b'zewg dahliet fil hajt li jien biddilt fi xkafef ghal inbid. ghanqbut ma kullimkien. it trab li kien joqghod fuq il flixken kien ifisser zmien zmien u aktar zmien. aktar ma jaghddi iz zmien minn fuqu aktar ikun bnin u ta pregju.
din il gimgha giet oht il mara mill italja ma zewga dillettant sewwa ta l'inbid. xtaqt naghtih rigal ckejken naturalment flixkun inbid. konna hergin maghhom dak inhar u jien hallejt sa l'ahhar biex immur ingib il flixkun mill kantina. inhsilt qaxxart il lehhja u ilbist. sakemm tanja il mara tieghi qadet taghmel xaghra u tirtokka xi ftit jien inzilt sal kantina. ftaht il bieb u nzilt is seba targiet li jwassluni fil post favorit tieghi. dak inhar il kantina kienet aktar kiesha mis soltu. l'imdita kont thossa tippenetralek l'ghadam. hassejt bhall kurrent gej min taht il bieb izda dak kien maghluq sewwa. harist warajja ghax bhall donni hassejt il prezenza ta xi hadd. ikolli nammetti li bzajt ghal darba bzajt fil kantina. il hoss ta l'inbid jaghli fid dammiggjani hoss li is soltu tant kien jinstema armonjuz f'widnejja issa beda jbezzani. harist lejn fejn kien hemm l'inbid u b'ghageb kbir tieghi nara par idejn twal jersqu lejn il flixkun inbid l'aktar ghal qalbi u bhall donnhom riedu jighduli (dan hu dan) lir ragel ta oht il mara kont nirrispettah hafna izda ma xtaqtx naghtih propju l'aktar flixkun ghal qalbi. wara ftit sekondi dawk l'idejn sparrixxew. hsibt li kont qed nohlom. mort nahtaf il flixkun li kont iddecidejt li nirregala u f'daqqa wahda hoss li jtarrax beda jtambar go widnejja hoss stramb li difficli niddeskrivih. beda jtarraxni u hassejtni nistordi. ghal darba ohra ergajt rajt l'istess idejn juruni dak il flixkun ta l'inbid. iddecidejt li nahtaf il flixkun favorit tieghi u nitla il fuq bih. ma ridtx noqghod hemm aktar dak il hin.
il flixkun tajtulu u fethu quddiemi stess xrobbnieh flimkien. kien inbid tassew tajjeb u jkolli nighd li ma ddispjaciniex li qsamtu ma emanuel ghax dam ifahhar dak il flixkun ta l'inbid zmien u jien nintefah u nitpaxxa nisimghu iqabblu ma l'aqwa inbejjed li ghandom it taljani.
dik il gurnata ghaddiet u kelli kurzita kbira ninzel il kantina. ghamilt il kuragg u nzilt. kollox kien bhas soltu. mort hdejn dak il flixkun li kont ser naghti lill emanuel erfajtu farfartu u tlaqt nigri fil kcina. ftaht dak il flixkun u ferrajt ftit ridt induqu u naqta il kurzita. lanqas ilhaqt missejtu ma xuftejja indunajt li dak l'inbid kien sar hall.
x'kienet dik l'entita li rajt u smajt fil kantina? tighd xi ruh tajba li ma riditniex naqa ghac cajt ma emanuel jew?
MARA TA 53 SENA GHADDIET MIN ESPERJENZA KEMMXEJN KERHA U TAL BIZA
ommi u missieri kienu ilhom joqghodu f'dar ckejkna ghal bosta zmien dejjem itellghu u jnizzlu jekk ghandhomx imorru joqghodu f'dar akbar u aktar komda. fl'ahhar waslet l'okkazjoni meta zijja ta missieri mietet u hallietlu xi flus li flimkien ma dawk li kellhom imwarrbin bihom setghu jixtru dar imdaqqsa. saru jafu li kien hemm dar toghodd ghalijhom f'rahal qrib taghhom u ghalhekk iddecidew li jmorru jarawwa u jekk tkun toghodd ghalijhom jixtruha. hekk ghamlu u jien u ohti iz zighra kellna 7 mitt sena sakemm immorru noqghodu f'din id dar il gdida.
wara xi xaghar morna noqghodu f'din il bejta gdida taghna. kullhadd donnu li kien dara minbarra il qtates li filli jkunu kwieti u filli jibdew jiggru donnu wara xi haga li huma biss kienu qeghdin jaraw.
lejla minnhom kont hierga ghal l'1 darba ma guvni li illum hu zewgi. kont ecitata hafna u hsibt kmieni biex inlesti ghal dan il mument importanti f'hajti.ghal xi l'4 ta wara nofs inhar dhalt fil banju. kellna drawwa li hadd ma jsakkar il kmamar inkluza dik tal banju. ftaht l'ilma u thalt sabiex ninhasel bil kwiet. f'daqqa wahda bdejt nisma bhall 2 min nies jiggieldu bejniethom. ghal l'1 hsibt li kien xi hadd min tal familja taghna li kellu xi argument. izda l'istramba hi li ma stajtx naghraf il vucijiet ma kontx nafhom. l'ilhna bdew jersqu dejjem aktar fil qrib u ghalkemm il kliem ma kienx jinftiehem stajt ninduna li kienu ragel u mara li bdew jiggieldu u jillatikaw bl'ikrah. f'daqqa wahda bhall donnu li dawn iz 2 persuni kienu fil kamra mieghi. ma stajt nara xejn izda il prezenza taghhom kienet tinhass sew b'mod soppranaturali. twerwirt qomt niggri htaft xugaman u grejt lejn il bieb sabiex nohrog il barra izda il bieb kien imsakkar. tkahhalt mieghu u ma ccaqlaqtx. issa il vuci maskili kienet aktar dominanti u beda jinstema hoss ta cafcif ta l'ilma. stajt nifhem li ir ragel kien qieghed joghdos ras il mara taht l'ilma u ghal hinijiet twal kulltant il mara titla u tiehu nifs qawwi. fil kamra kienet tinhass kesha kbira kif ukoll riha stramba. f'daqqa wahda waqa skiet kbir fil kamra jien bqajt imbellha inhares fil vojt. din l'esperjenza kerha hallitli effett ikrah hafna fuq hajti. bqajt nibza hafna inkun wahdi. ghal l'1 il genituri ma riedux jemmnu din l'istorja. izda missieri ghamel xi investigazzjoni fuq l'istorja ta dik id dar u skopra li hemmek xi 150 sena qabel kienet instabet mara mejta fil banju u x'aktarx maqtula min zewga li wara instab maghallaq.
wara ftit tlaqna min dik id dar u morna noqghodu f'dar ohra. f'dik id dar ma mar joqghod hadd izjed. illum id dar waqghet u floka hemm blokk flats kbar. kurjuza hi li dawn il flats ghadhom battala sa llum.
|
|
stejjer li meta taqrhom iqabbduk certa kurzita
|
DAN HU RAKKONT TA TKEXKIX MINGHAND RAGEL TA 55 SENA
xi 40 sena ilu Malta ma kenitx popolata kif inhi illum.ftit li xejn kont issib flats kbar u fil kampanja kont ghadek tara hafna irziezet imxerdin l'hemm u l'hawn b'hafna ghelieqi li illum sfortunatament imtlew bid djar u flats,u ftit li xejn ghad baqa inhawi dizabitati u mwarrba. pajjizna tista tighd li sar rahal 1 kbir. b'xorti tajba jien kont noqghod f'1 minn dawn l'irziezet missieri kien jahdem ir raba u ommi tighnu mill ahjar li tista. kif 1 jista jahseb jien trabbejt qalb l'annimali u fost dawk l'aktar ghal qalbi kien Rover kelb ippastardjat li kellu qalbu tad deheb. kulljum kien jistennieni gej mill l'iskola sabiex nohorgu dawra. darba niftakar li kienet gurnata xitwijja u meta gejt mill l'iskola kienet bdiet nizla hafna xita. Rover ma setax jifhem ghaliex ma kontx se niehdu dik id dawra tas soltu. ghaddiet xi sijgha u ix xita bdiet tbatti. issa kien kwazi dalam u iddecidejt li nikkuntenta lill Rover u nohorgu passiggata hafifa. ilbist gakketta hafifa u rhejnila ghal girja qasira. hekk kif hrigt barra faqqghet sajjetta kbira li xaghlet kullimkien. kien jidher li l'maltemp ma kienx ghadda u li kien se jkollna lejla b'hafna xita u maltemp. qbadt bicca zokk mill l'art u xhetta ftit metri il boghod sabiex Rover imur jiggri igibhili u nerga nitfghahhilu. kien jiehu gost jaghmel dan ir ritwal ghal xi 5 jew 6 darbiet sakemm jaghjja u nidhlu il gewwa. (isa mu ghalija Rover) gera girja sas sigra izda minflok gab l'injama beda jinbah imbieh sfrenat. (Rover ejja gib l'injama isa siba) izda Rover jinbah kien u jinbah baqa. ersaqt lejn fejn kien u warrabt min nofs il fergha tal harruba sabiex nara x'kienet ir raguni ghal inbieh ta Rover. hassejt deghxa kiesha niezla ma gismi kollu. dak li rajt ghadu impressjonat f'mohhi sal llum. quddiemi f'dak id dlam kien hemm ragel fih xi 7 piedi b'karnaggjon skura. twerwirt ridt immur niggri min dak il post izda ma stajtx. saqajja kienu qieshom imwahhlin ma l'art. dak ir ragel ta quddiemi baqa hemm ihares lejja icassat bla ma jitharrek. f'daqqa wahda hassejtni ninxef min gewwa ir ragel ta quddiemi beda jeqleb ghajnejh u irkoptejh bdew jirtoghdu.kien qiesu qed ihossu hazin. beda jixxengel l'hemm u l'hawn u wara ftit sekondi waqa ma l'art quddiemi. hekk kif il gisem tieghu miss ma l'art beda hierag id demm min naha ta fuq ta daru u li beda jimmla l'art fejn kien. hassejtni nibjad u beda jxoqq l'gharaq ghalijja u bdejt nistordi. nahseb li kien hassni hazin pero ma niftakarx x'gara ezatt. naf biss li meta gejt f'tieghi Rover kien waqaf jinbah u kien intasab bil qeda hdejja. hekk kif stenbaht harist lejn fejn kont rajt lill dak ir ragel izda b'ghageb kbir tieghi ma kien jidher xejn. meta mort lura id dar ommi staqsitni kemm domt u jien harriftilha xi haga ta malajr. l'ghada filghodu smajna li l'lejl ta qabel kien inqatel ragel iswed fil wied ta hdejna.
tighd hu kien? rajt ir ruh tieghu? sa llum ghadni ma nafx naghti spjegazzjoni ta din il grajja u lill Rover min dak inhar bdejt niehdu dawra in naha l'ohra tal wied.
|
|
|
|
|
|
|
|